Tnedija tat-Tour Pagi Diċenti |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta. Tnedija tat-Tour Pagi Diċenti |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta. Tnedija tat-Tour Pagi Diċenti |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.

Tnedija tat-Tour Pagi Diċenti

Il-Kampanja Paga Minima Diċenti illum qiegħda tniedi it-Tour Pagi Diċenti fl-ewwel waqfa tiegħu il-Belt.  Organizzazzjonijiet u individwi involuti fil-Kampanja se jkunu qed iżuru diversi lokalitajiet u postijiet tax-xogħol madwar Malta biex jispjegaw u jiddiskutu l-proposta tagħhom għal żieda fil-paga minima – żieda ta’ 11% mifruxa fuq tliet snin, permezz ta’ żieda ta’ 3.5% kull sena.  Permezz ta’ din il-proposta, dawk li bħalissa qegħdin jaqilgħu paga minima, fi żmien tliet snin ikunu qegħdin jaqilgħu €80 iktar fix-xahar apparti ż-żidiet tal-COLA. Barra minn hekk, żieda bħal din se toħloq pressjoni għal żieda f’pagi baxxi oħra, li tfisser li iktar ħaddiema jibdew jirċievu paga diċenti.

Wara t-tnedija tal-Kampanja f’Ottubru tal-2016, iltqajna ma’ partiti politiċi, għaqdiet tal-ħaddiema u organizzazzjonijiet mis-soċjeta` ċivili biex niddiskutu u nieħdu reazzjonijiet dwar il-proposta tagħna. Konna wkoll qegħdin insegwu żviluppi rigward din il-kwistjoni u analizzajna u ikkummentajna fuq figuri u rapporti li għandhom x’jaqsmu mal-paga minima. Ir-rispons tal-pubbliku għall-proposta tagħna kien pożittiv ħafna u dan għamlilna kuraġġ biex inkomplu l-Kampanja u nsaħħuha.

Huwa ta’ tħassib li, skont il-kalkoli tal-Eurofund, Malta hija waħda minn erba’ pajjiżi biss fl-UE fejn il-valur tal-paga minima naqas tul dawn l-aħħar seba’ snin , meta tieħdu fil-kuntest ta’ bidliet fil-livelli tal-prezzijiet. Barra minn hekk, skont figuri tal-Eurostat maħruġin fi Frar li għadda, Malta hija waħda minn seba’ pajjiżi fejn il-paga minima hija inqas minn 50% tad-dħul medju tal-pajjiż . Għalhekk jeħtieġ li l-paga minima togħla biex ikun hawn tqassim ta’ ġid iktar ġust u ekonomija iktar b’saħħitha. Sejħiet għal żieda fil-pagi qed isiru fuq livell Ewropew, bil-moviment Ewropew tal-unions tal-haddiema (l-ETUC) tniedi il-kampanja tagħha ‘Europe needs a pay rise – it’s time for OUR recovery.’  Il-Ġermanja din is-sena żiedet il-paga minima tagħha . 

Xi punti li tqajmu wara t-tnedija tal-Kampanja tagħna tajjeb li jiġu iċċarati: 

  • Intqal li żieda fil-paga minima mhix soluzzjoni għall-faqar. Madanakollu dan huwa argument fażull għax il-Kampanja qatt m’għamlet dan il-punt. Filwaqt li tista’ twassal biex jiġu indirizzati xi tbatijiet li jiffaċċjaw xi persuni li jaħdmu imma xorta jgħixu fil-faqar, il-proposta tagħna hija ibbażata primarjament fuq il-prinċipju ta’ ġustizzja soċjali – il-ħaddiema għandhom dritt li jaqilgħu paga xierqa għax-xogħol li jagħmlu, u bħalissa dan mhux il-każ. Nagħrfu wkoll li żieda ta’ €80 fuq il-paga minima (apparti ż-żieda tal-COLA) hija żieda żgħira ħafna u li din il-ftit żieda mhix se tagħmel il-paga minima waħda ġusta. Imma tkun pass importanti lejn iktar ġustizzja.   
  • Xi wħud qalu li żieda fil-paga minima se toħloq pressjoni biex jogħlew pagi oħra, xi ħaġa li l-ekonomija tagħna ma tiflaħx. Il-Kampanja tagħraf li żieda fil-paga minima se toħloq pressjoni biex jiżdiedu pagi baxxi oħra. Aħna nqisu dan bħala effett meħtieġ u mixtieq minħabba li hemm ħafna nies li jaħdma b’pagi baxxi li huma biss ftit ogħla mill-paga minima. Dawn il-pagi baxxi jeħtieġ li jogħlew ukoll.  Imma din il-pressjoni għal żieda fil-pagi se tkun limitata għax il-proposta tagħna hija mfassla fuq żieda ta’ €80 fuq il-paga minima. Din mhix se toħloq pressjoni għal żieda fuq pagi għoljin għaliex €80 jagħmlu perċentwal żgħir ħafna ta’ paga għolja.  Barra minn hekk, apparti minn żieda fil-paga minima, il-Gvern għandu jirrevedi wkoll il-Wage Regulations Order (il-liġi li tistabbilixxi l-pagi minimi fis-setturi differenti) biex b’hekk kwalunkwe żieda li jista’ jkun hemm fuq pagi baxxi oħra issir b’mod ikkontrollat. 
  • Il-Kampanja tisħaq li żieda fil-paga minima m’għandhiex issir f’forma ta’ benefiċċji jew allowances imħallsa mill-Gvern għaliex dawn ma jkunux riflessi fil-pensjoni ta’ dawk li jaqilgħu paga baxxa. Aħna nemmnu wkoll li l-Gvern m’għandux jissussidja pagi baxxi mit-taxxi tal-poplu għaliex hija r-responsabbilta` ta’ dawk li qed jagħmlu l-profitti li jħallsu pagi diċenti. 
  • Argumenti li jsostnu li l-ekonomija Maltija ma tiflaħx żieda minima bħal din fuq il-paga minima jikkuntrastaw sew ma’ dikjarazzjonijiet oħra dwar it-tkabbir tal-ekonomija Maltija. Ekonomija li hija vera b’saħħitha mhux se jkollha sfidi serji minħabba żieda ċkejkna fil-paga minima statutorja. Għall-kuntrarju, jista’ jkollha effetti ekonomiċi pożittivi bħal tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema li jitilqu mix-xogħol u li jridu jiġu issostitwiti, u iktar flus fl-idejn biex tkompli ddur l-ekonomija. Barra minn hekk, il-proposta tagħna tinkludi suġġerimenti dwar miżuri fiskali u interventi mill-Gvern biex jgħinu kumpaniji li jista’ jkollhom problemi jekk tiżdied il-paga minima.

Fix-xhur li ġejjin, il-Kampanja Paga Minima Diċenti se tkun qed tiddiskuti il-proposta tagħha għal żieda fil-paga minima direttament man-nies waqt iż-żjarat tagħha f’lokalitajiet u postijiet tax-xogħol differenti matul it-Tour Pagi Diċenti. In-nies se jkunu infurmati bid-dati u l-postijiet tat-tour permezz tas-sit elettroniku tagħna www.pagaminima.org u l-paġna ta’ Facebook Kampanja Paga Minima Diċenti, li permezz tagħhom ikunu wkoll jistgħu jagħmlu kuntatt magħna.  Inħeġġu lill-pubbliku biex jingħaqad magħna. .

Diversi organizzazzjonijiet u individwi huma involuti fil-Kampanja Paga Minima Diċenti.  L-organizzazzjonijiet li qegħdin jipparteċipaw fil-Kampanja huma: Aditus Foundation, Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas, Forum Bormliż, Integra Foundation, Koperattiva Kummerċ Ġust, Malta Humanist Association, Malta Microfinance, Mid-Dlam għad-Dawl, Millennium Chapel, Moviment Graffitti, Paulo Freire Institute, Peace Lab, The Critical Institute, Third World Group and Żminijietna - Voice of the Left


Launch of the Decent Wages Tour


The Campaign for Decent Minimum Wage is today launching its Decent Wages Tour at the tour’s first stop – Valletta. Organisations and individuals involved in the Campaign will be visiting several localities and workplaces around Malta to explain and discuss their proposal for a raise in the minimum wage – an 11% increase spread over three years, through a 3.5% increase per year. Through this proposal, people who are presently on the minimum wage will be receiving, in three years’ time, an additional €80 monthly over and above COLA increases. Moreover, such an increase will create pressure for a raise in other low wages, meaning that more workers will start receiving a decent wage.

Following the Campaign’s launch in October 2016, we have been meeting with political parties, workers’ unions and civil society organisations to discuss and gather feedback on our proposal. We have also been following developments regarding this issue and have analysed and commented on figures and reports relevant to the minimum wage. The public’s response to our proposal has been very positive and it has encouraged us to continue and intensify our Campaign. 

It is worrying that, according to Eurofund calculations, Malta is one of only four EU countries where the value of the minimum wage taken in the context of changing price levels, has decreased over the past seven years . Moreover, according to Eurostat figures released in February 2017, Malta is one of seven countries with a minimum wage that is less than 50% of the country’s median income . Thus, it is essential that the minimum wage is increased so as to have a fairer distribution of wealth and a stronger economy. Calls for a pay rise are also happening on a European level, with the European trade union movement (ETUC) launching its campaign ‘Europe needs a pay rise – it’s time for OUR recovery.’  Germany has this year increased its minimum wage . 

A few points that have been raised following the launch of our Campaign merit clarification:

  • It has been stated that a raise in the minimum wage is not a solution to poverty. This is a straw man argument since the Campaign never claimed it is. Whilst it might partly address hardships faced by the working poor, the proposal is primarily based on the principle of social justice – workers are entitled to receive a fair wage for their work, and this is currently not the case. We also recognise that increasing the minimum wage by €80 (over and above COLA) is the bare minimum and that this small increase won’t make the minimum wage a fair wage. However, it will be an important step towards more fairness.
  • It was claimed by some that an increase in the minimum wage will create upward pressure on other wages, something that our economy cannot sustain. The Campaign recognises that a raise in the minimum wage will create pressure on other low wages to increase. We consider this as a necessary and desirable effect of raising the minimum wage since many people are working on low wages that are only slightly higher than the minimum wage. These low wages need to increase too. However, upward pressure will be limited since the proposal envisages just an €80 increase on the minimum wage. This won’t create upward pressure in high income brackets since €80 would only constitute an extremely small percentage of a high wage. Moreover, alongside an increase in the minimum wage, Government should also review the Wage Regulations Order (the legislation setting minimum wages in different sectors) so that any potential increase in other low wages happens in a controlled fashion.
  • The Campaign reiterates that a minimum wage increase should not take the form of benefits or allowances paid by the government because this would not be reflected in pensions of low income earners. Moreover, we believe that the state should not subsidise low wages from taxpayers’ money as it is the responsibility of those making profits to pay decent wages.
  • Arguments stating that the Maltese economy cannot sustain such a minimal increase in the minimum wage contrast sharply with assertions about Malta’s strong economic performance. A truly strong economy won’t face major challenges because of an increase in its very low statutory minimum wage. On the contrary, it can have several economic benefits, such as a decrease in worker turnover and more circulation of money in the economy. Moreover, our proposal includes suggestions about fiscal measures and government interventions that would help those enterprises that might struggle if the minimum wage is increased.

In the coming months, the Campaign for a Decent Minimum Wage will be discussing its proposal for a minimum wage increase directly with the people whilst visiting localities and workplaces during the Decent Wages Tour. People will be informed of tour dates and places through our new website www.pagaminima.org and our Facebook page Kampanja Paga Minima Diċenti, through which they can also get in touch with us. We encourage the public to join us.

Several organisations and individuals are involved in the Campaign for a Decent Minimum Wage. The organisations participating in the Campaign are: Aditus Foundation, Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas, Forum Bormliż, Integra Foundation, Koperattiva Kummerċ Ġust, Malta Humanist Association, Malta Microfinance, Mid-Dlam għad-Dawl, Millennium Chapel, Moviment Graffitti, Paulo Freire Institute, Peace Lab, The Critical Institute, Third World Group and Żminijietna - Voice of the Left


Similar Posts
Reazzjonijiet għall-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Tour Pagi Diċenti – Żjara fis-Suq tal-Birgu |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Il-Paga minima f’Malta mhux konsistenti mal-andament u t-tkabbir ekonomiku |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Żieda fil-Paga Minima hi Kwistjoni ta’ Ġustizzja Soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Nilqgħu l-appoġġ li qed jintwera għal żieda fil-paga minima |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Żieda fil-paga minima hija att ta’ ġustizzja soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.