Nilqgħu l-appoġġ li qed jintwera għal żieda fil-paga minima |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
04 Nov

Nilqgħu l-appoġġ li qed jintwera għal żieda fil-paga minima

Il-Kampanja Paga Minima Diċenti tinnota b'sodisfazzjon il-pożizzjoni meħuda minn għadd ta' organizzazzjonijiet u l-veduti espressi mill-politiċi kif ukoll l-appoġġ mogħti minn individwi, specjament ħaddiema, għall-proposta li l-paga minima tiżdied bi 3.5% għal-tliet snin konsekuttivi. Nittamaw li organizzazzjonijiet u individwi oħra jingħaqdu magħna f'din il-kampanja u li l-gvern jaċċetta u jimplimenta din il-miżura li mhix biss hija ġusta imma wkoll realistika.

Filwaqt li l-Kampanja Paga Minima Diċenti ssuggeriet li l-paga minima tiżdied bi 3.5% kull sena għal tliet snin konsekuttivi, intwera tħassib għal din il-proposta mill-Għaqda ta’ Min Iħaddem, il-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU. Il-Kampanja Paga Minima Diċenti mhix konvinta minn dak li qed jgħidu s-sidien li jekk togħla l-paga minima jista’ jkun hemm konsegwenzi serji għall-kompetittività’ tal-pajjiż. Din l-istqarrija tassumi li l-pagi baxxi mħallsa f’ċerti setturi huma r-raġuni ewlenija għala l-ekonomija ta’ pajjiżna hija kompetittiva u attraenti, li mhux il-każ. 

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kampanja Paga Minima Diċenti tinkludu suġġerimenti biex ikun hemm miżuri fiskali u interventi mill-gvern biex jgħinu lil dawk l-intrapriżi li jsibu ruħhom f’diffikultajiet jekk il-paga minima tiżdied kif issuġġerejna aħna.

Mhux biss, imma l-Kampanja Paga Minima Diċenti ma tħossx li l-proposta tagħha tgħolli l-iskali kollha tal-pagi kif sostnew dawk li jħaddmu. Aħna m’aħniex nissuġġerixxu li l-pagi kollha jiżdiedu bi 3.5% kull sena għal tliet snin. Qed ngħidu li din iż-żieda jew ekwivalenti għandha tingħata lil dawk dawk fl-aħħar skaluni u li l-pagi tagħhom m’humiex biżżejjed biex jiggarantixxu ħajja diċenti.  

Insostnu wkoll li anke jekk dan l-ammont, jiġifieri 3.5% tà’ paga minima, jingħata lill-impjegati kollha l-effett tiegħu fuq l-ekonomija jkun minimu, l-aktar fi żmien meta kulħadd jaċċetta li l-ekonomija sejra tajjeb.

Il-Kampanja Paga Minima Diċenti tinnota wkoll li dawk li jħaddmu qalu li permezz tas-sistema fejn il-pagi jiġu nnegozjati fuq livell ta’ intrapriża, li hi ħaġa rari fil-kuntest Ewropew, il-ħaddiema Maltin li fil-fatt jaqilgħu paga minima huma persentagg żgħir. Dan jista’ jkun il-każ. Pero’ jibqa’ fatt li hemm numru ta’ ħaddiema li m’huma msieħba fl-ebda union u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom m’humiex effettwati min-negozjati bejn il-unions u min iħaddem. Dawn aktarx li huma dawk fuq paga minima u l-proposta tagħna hija mmirata lejhom.

Fl-aħħarnett il-Kampanja Paga Minima Diċenti tirrikonoxxi l-fatt li l-business privat huwa l-mutur tal-ekonomija tagħna, iżda tinnota li s-settur privat mhux biss jeħtieġ nies li jinvestu imma wkoll nies li jaħdmu. U l-proposta tagħna sempliċiment hija li l-ġid li qed jinħoloq minn dawn iż-żewġ partijiet jitqassam b’mod ġust. Żieda fil-paga minima hija pass f’din id-direzzjoni.


Campaign welcomes support for minimum wage increase


Kampanja Paga Minima Dċenti notes with satisfaction the position taken by various organisations, the views expressed by politicians as well as the support given by various individuals, especially working people, regarding the proposal to increase the minimum wage by 3.5% for three years. It hopes that other organisations and individuals join the campaign and that government will also endorse and implement this just and economically realistic proposal. This notwithstanding, the Malta Employers Association, the Malta Chamber and the GRTU, expressed concern at this proposal. 

Kampanja Paga Minima Diċenti finds the claim made by the employers’ association that raising the minimum wage could have serious consequences on Malta’s competitiveness unconvincing. The claim assumes that the low wages that are being paid in certain sectors are a major reason why our country is economically competitive and attractive, which is not the case. Moreover, the proposal made by Kampanja Paga Minima Diċenti includes suggestions about fiscal measures and government interventions that would help those enterprises that might struggle if the minimum wage is increased as per our suggestion. 

Kampanja Paga Minima Deċenti does not consider the claim made by the employers’ that the proposal in question would lead to an increase in wages across the board, and not simply for those on minimum wage (which are a small minority) as a cause of concern, provided a clarification is made. Kampanja Paga Minima Diċenti is not suggesting that all wages are increased by 3.5%. It is suggesting that the equivalent of an increase of 3.5% of the minimum wage, and of the minimum wage only, is given to workers in the lowest scales, whose wages are disturbingly inadequate. Even if this amount (i.e. 3.5% of the minimum wage, not of any wage) is given to all employees across the board, the effects of this should be minimal given the healthy state of the economy. 

Kampanja Paga Minima Diċenti also takes note of the employers’ representatives claim that Malta has a positive record of wage-bargaining at enterprise level, on the basis of productive and competitive constraints. That may well be the case. There are employees however who are not unionized and whose conditions of work have not been affected by negotiations between employers and unions. These are most likely to receive minimum wages. The proposal is aimed primarily at them. 

Kampanja Paga Minima Diċenti acknowledges that private business is a motor of our economy, as noted by the employers’ associations. Yet, private business requires not merely people who invest, but also people who carry out the work. Our proposal is simply suggesting that the wealth that these two parties are creating is distributed in a just and equitable manner. Raising the minimum wage would be a step in this direction.

Similar Posts
Reazzjonijiet għall-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Tour Pagi Diċenti – Żjara fis-Suq tal-Birgu |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Tnedija tat-Tour Pagi Diċenti |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Il-Paga minima f’Malta mhux konsistenti mal-andament u t-tkabbir ekonomiku |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Żieda fil-Paga Minima hi Kwistjoni ta’ Ġustizzja Soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Żieda fil-paga minima hija att ta’ ġustizzja soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.