Tour Pagi Diċenti – Żjara fis-Suq tal-Birgu |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
05 Apr

Tour Pagi Diċenti – Żjara fis-Suq tal-Birgu

Membri tal-Kampanja Paga Minima Diċenti ilbieraħ żaru is-suq tal-Birgu bħala parti mit-Tour Pagi Diċenti, fejn qassmu fuljetti lill-pubbliku u wieġbu mistoqsijiet minn dawk preżenti. Il-membri tal-Kampanja saħqu li qed jitolbu għal żieda ta’ 11% fil-paga mimina, li tkun mifruxa fuq tliet snin, u biex il-mekkaniżmu li bih tiġi ikkalkulata l-għoli tal-ħajja (il-COLA) ikun rivedut. Huma qalu wkoll li, minbarra li hi ġusta, it-talba li qed issir hi talba sostenibbli meta wieħed iqis l-istat tajjeb li qiegħda fih l-ekonomija.

Ir-rispons tal-pubbliku għall-inizjattiva ta’ llum kien wieħed pożittiv, b’uħud minnhom jirrakkuntaw mill-esperjenza tagħhom jew ta’ nies jiġu minnhom kemm hu diffiċli li wieħed jgħix b’paga baxxa. 


Yesterday morning, members of the Campaign for a Decent Minimum Wage visited the Birgu street market as part of its Decent Wages Tour, distributing flyers to the public and answering questions by shoppers, vendors and other callers. Members of the Campaign reiterated that they are asking that the lowest wages are increased by 11% of the minimum wage (spread over three years) and for a revision of the way in which COLA is determined. They explained how, apart from being a just demand, this conservative request may be easily conferred given the healthy state of the economy. 

The response of the public was generally enthusiastic, with some recounting the difficulties that they themselves, or their relatives, experience/d because of the low wages that are paid for certain jobs. 

Similar Posts
Reazzjonijiet għall-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Tnedija tat-Tour Pagi Diċenti |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Il-Paga minima f’Malta mhux konsistenti mal-andament u t-tkabbir ekonomiku |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Żieda fil-Paga Minima hi Kwistjoni ta’ Ġustizzja Soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Nilqgħu l-appoġġ li qed jintwera għal żieda fil-paga minima |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
Żieda fil-paga minima hija att ta’ ġustizzja soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.