Lejn Paga Minima Diċenti

Aħna nemmnu li l-paga minima preżenti hija baxxa wisq u għalhekk m’hijiex ġusta mal-ħaddiem. Hemm bżonn li l-paga minima ssir waħda diċenti.

Il-proposta ewlenija li qed tiġi mressqa mill-Kampanja Paga Minima Diċenti hi li l-paga minima tiżdied bi 11%, imqassma fuq tliet snin (3.5% fis-sena), minbarra ż-żieda tal-COLA. Aħna nemmnu bis-sħiħ li tiżdied il-paga minima hija att ta’ ġustizzja soċjali li se twassal għal distribuzzjoni iktar ġusta tal-ġid u r-riżorsi. Huwa dritt bażiku tal-ħaddiema li jitħallsu paga diċenti għall-ħidma tagħhom. Din iż-żieda toħloq ukoll pressjoni sabiex pagi baxxi oħra jogħlew bl-istess ammont, u b’hekk iktar ħaddiema jkollhom paga diċenti. 

Bosta organizzazzjonijiet u individwi huma involuti fil-Kampanja Paga Minima Diċenti. L-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fil-Kampanja huma: Aditus Foundation, Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas, Forum Bormliż, Integra Foundation, Koperattiva Kummerċ Ġust, Malta Humanist Association, Malta Microfinance, Mid-Dlam għad-Dawl, Millennium Chapel, Moviment Graffitti, Paulo Freire Institute, Peace Lab, The Critical Institute, Third World Group and Żminijietna - Voice of the Left.

Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.

Inizjattivi

X'qed Nipproponu

Il-Kampanja Paga Minima Diċenti qed tipproponi li l-paga minima togħla bi 11%. Dan ikun imqassam fuq medda ta’ tliet snin, b’żieda ta’ 3.5% kull sena, sabiex ma jkun hawn ebda xokk fuq l-ekonomija. Dan ikun ifisser li min qiegħed fuq paga minima bħalissa, tliet snin oħra sa jkun qed jieħu madwar €80 iktar fix-xahar, barra ż-żidiet tal-COLA.  Żieda ta’ 11% xorta mhijiex biżżejjed biex il-paga minima issir verament waħda  xierqa. Iżda jkun pass ‘il quddiem għal iktar ġustizzja mal-ħaddiema. Aqra iktar

Togħla l-paga minima

Il-paga minima togħla bi 11%

Aqra Iktar
Reviżjoni tal-COLA.

Iż-żieda fi-COLA għandha tirrifletti l-għoli tal-ħajja

Aqra Iktar

16-il għaqda involuti

Fil-Medja

Reazzjonijiet għall-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
29 Apr

Reazzjonijiet għall-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali

Waqt li tagħraf l-apsetti pożittivi, il-Kampanja Paga Minima Diċenti tħoss li l-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali u approvat mill-gvern ma...

Tour Pagi Diċenti – Żjara fis-Suq tal-Birgu |  Paga Minima Dicenti, Minimum Wage Malta.
05 Apr

Tour Pagi Diċenti – Żjara fis-Suq tal-Birgu

Membri tal-Kampanja Paga Minima Diċenti ilbieraħ żaru is-suq tal-Birgu bħala parti mit-Tour Pagi Diċenti, fejn qassmu fuljetti lill-pubbliku u...